User:Napoliclubmalta

From Wikipedia, the free encyclopedia

Napoli Club Malta[edit]

It-twaqqif tal-Klabb[edit]

Il-futbol Taljan f’nofs is-snin tmenin u l-bidu tad-disghin kien dominat mit-tim ta’Napoli. It-tim issahhah sew, bl-akbar akkwist bla dubju jkun dak tal-leggendarju Argentin Diego Armando Maradona. It-tim ta’ Napoli sa fl-ahhar kien irnexxielu jnaqqax ismu fuq l-Iscudetto kif ukoll fuq il-mappa internazzjonali tal-futbol!

Bil-problemi kollha socjali u l-istigma li l-belt ta’ Napli ghandha fil-konfront tal-bliet tat-Tramuntana tal-Italja, il-poplu Naplitan, bil-mod passjonali u ferriehi tieghu, issa kellu kull dritt jiccelebra bil-kbir u seta’ wkoll jiftakar b’dan it-tragward milhuq.

Kien propju dan l-entuzjazmu li gibed is-simpatija ta’ xi Maltin lejn it-tim ta’ Napoli. Kienet l-ideja tas-Sur Edmondo Romagnoli, Naplitan li jghix Malta, u ta’ ftit persuni Maltin fosthom is-Sinjuri Brian Farrugia, Frans Debono u William Mifsud, li fil-bidu tal-1992 iltaqghu bejniethom u ddecidew li jniedu kampanja fil-gurnali dwar l-iffurmar ta’ Klabb.

Il-konkorrenza mill-pubbliku sportiv Malti kienet wahda inkoragganti, u dan gieghel lil dan il-Kumitat Provizorju biex jibda n-negozjati ma’ Klabb Centrali f’Napli, l-Associazione Italiana Napoli Club (A.I.N.C.) sabiex il-Klabb ta’ Malta jigi rikonoxxut ufficcjalment. Wara hafna kuntatti u korrispondenza, id-dokumenti mehtiega waslu!

Il-holma tas-Sur Romagnoli u shabu saret realta’! Il-gurnata tal-Hadd 12 ta’ April 1992 ghandha titqies bhala d-data ufficcjali tat-twaqqif tan-Napoli Klabb (Malta). Il-Klabb dak iz-zmien inghata l-isem ta’ NAPOLI SUPPORTERS’ CLUB MALTA (GIANFRANCO ZOLA). Dakinhar tnediet l-ewwel Laqgha Generali li saret fis-Sala ewlenija tal-Kwartieri Generali tal-M.A.F.A., il-Belt Valletta peress li l-Klabb kien ghadu ma kellux post tieghu.


Hidma fil-Klabb[edit]

Il-membri ttesserati kienu qabzu l-mitt ruh. F’Mejju tal-1993, in-Napoli Club (Malta) organizza Tournament Triangulari tal-Futbol fejn fih hadu sehem timijiet mis-Supporters’ Klabbs (Malta) ta’ Juventus u Milan. It-Tournament kien success kbir, tant li kien deciz li se jibqa’ jsir darba fis-sena.

Bis-sahha ta’ xi membri, il-Kumitat sab jikri post f’Haz-Zabbar fejn kellu jservi ta’ kazin ghall-Klabb. Apparti ghal-Laqghat tal-Kumitat, il-post gie attrezzat b’Bar u kien jinfetah kull nhar ta’ Hadd filghodu g]all-membri. Kienu wkoll jintwerew videos u filmati tan-Napoli. Bhala gbir ta’ fondi kienu jsiru :

  • Lotteriji;
  • Ikliet;
  • ‘Pools’ (tbassir tar-rizultati tal-loghbiet);
  • ‘22-Up’ (loghba bil-polza ghat-tim li jiskorja 22 gowl)


Tnediet ukoll l-ewwel ‘newsletter’ ghall-membri. Fuq talba ta’ hafna membri, il-Kumitat ghamel l-arrangamenti kollha mehtiega sabiex jorganizza gita ghal Napli. F’April tal-1994, 19-il membru marru Napli u assistew ghal-loghba tal-Kampjonat Napoli – Juventus (0-0).

Kellhom ukoll l-opportunita’ li jzuru c-centru tat-tahrig f’Soccavo, fejn il-kowc Marcello Lippi kien ta permess specjali lill-grupp Malti (fost l-ghira ta’ hafna Naplitani li baqghu barra) sabiex jidhlu jaraw is-sessjoni tat-tahrig. Il-grupp sahansitra kellu l-opportunita’ li jiltaqa’ mal-players, fejn il-captain Ciro Ferrara kien gie pprezentat b’tifkira tal-okkazjoni, disinn fl-injam mahdum bl-arkett minn Mark Haber, membru tal-Klabb. F’Laqgha Generali Straordinarja li saret f’Novembru tal-1993, gie deciz li l-isem tal-Klabb jinbidel ghal NAPOLI CLUB (MALTA).


Problemi finanzjarji[edit]

F’dan il-perjodu, it-tmexxija tas-Socjeta’ tan-Napoli ma kinetx sejra tajjeb. Kienu bosta l-ghidut li l-qaghda finanzarja tas-Socjeta’ kienet sejra lura bhall-granc. U dan intwera bic-car bit-tluq ta’ diversi players stabbiliti fosthom Zola, Cannavaro, Fonseca u Ferrara.

Sfortunatament, dan l-andament xekkel ukoll il-hidma fil-Klabb. Is-sena 1995 ma tantx kienet sena ta’ hidma fil-Klabb. Xi whud mill-Membri tal-Kumitat, min ghal ragunijiet personali u min ghax tilef l-interess, ma baqghux attivi fil-Klabb. Dan irrifletta hazin fuq il-Membri, fejn ghal dik is-sena t-tesserati nizlu ghal 30 ruh!

Kien bis-sahha tas-Sur Frans Debono, dak iz-zmien Vici-President, li kkuntattja lil xi Membri u hajjarhom sabiex jergghu jqajmu ‘l Klabb fuq saqajh. Sar Kumitat Provizorju maghmul minn ftit nies. Il-post f’Haz-Zabbar tnehha u l-Laqghat tal-Kumitat kienu bdew isiru fid-djar jew hwienet tal-Membri. L-affiljazzjoni mal-A.I.N.C. kienet ilha ma tithallas. Finanzjarjament, il-Klabb ma kienx f’pozizzjoni li jissieheb mill-gdid.

Minkejja l-problemi interni, fl-1997 it-tim ta’ Napoli ghadda minn fazi kemmxejn felici, tant li rnexxielu jasal sal-Finali tal-Coppa Italia. Il-Kumitat ra li din kienet okkazjoni f’waqtha fejn jerga’ jitqajjem l-interess fost il-Membri. Fuq talba ta’ hafna, giet organizzata gita ohra f’Mejju. Bis-sahha tas-Sur Luigi Romagnoli (hu l-ex President tal-Klabb; Naplitan li mizzewweg Maltija), din il-gita kienet success minn kull lat, fejn il-grupp ta’ 15-il ruh assista ghall-finali Napoli – Vicenza (1-0) u l-loghba tal-Kampjonat Napoli–Roma (1-0). Il-coach Montefusco accetta li l-grupp jithalla jara sessjoni ta’ tahrig f’Soccavo u wara kellu c-cans jiltaqa’ mal-players. Din l-ahbar inghatat prominenza mit-televizjoni regjonali. Is-Sinjuri Frans Debono u Mark Haber, President u Segretarju rispettivament, gew anke milqugha mill-President (dak iz-zmien il-kariga tieghu kienet ta’ azzjonista), Signor Corrado Ferlaino fl-ufficcju tieghu.

It-tim ta’ Napoli safa relegat ghas-Serie B. Biex tkompli tigi hazin, bosta mill-membri tal-Kumitat kienu indisposti fuq ragunijiet personali u ghalhekk matul dawk is-sentejn jista’ jinghad li l-Klabb rega’ kien inattiv. Fis-sena 2000, it-tim rega’ gie promoss fis-Serie A. F’Awissu ta’ dik is-sena, is-Sur Luigi Romagnoli kien ghal btala mal-familja tieghu f’Malta. Kien iltaqa’ mas-Sur Frans Debono u rega’ hajru jiffurma l-Klabb.

Kien is-Sur Romagnoli stess li ssuggerixxa li naffiljaw man-Nuova Associazione Napoli Club (N.A.N.C.). In-N.A.N.C. accettaw it-talba tal-Klabb u ghalhekk il-Membri tal-Kumitat iddecidew li jmorru Napli biex jaffiljaw il-Klabb mill-gdid. F’Settembru tal-2000, fuq insistenza ta’ xi membri, giet organizzata gita ohra, fejn grupp ta’ 7 persuni assista ghall-ewwel loghba tal-Kampjonat tas-Serie A Napoli – Juventus (1-2), loghba li kienet intlaghbet filghaxija. Ghal darb’ohra, il-grupp kien mistieden jattendi ghas-sessjoni ta’ tahrig u jiltaqa’ mal-players. Il-grupp sahansitra gie intervistat (u ffilmjat) minn gurnalist tat-Tele Monte Carlo. Il-filmat intwera anke f’Malta!

Bis-sahha ta’ xi Membri tal-Kumitat, fosthom is-Sinjuri Frans Debono u Renald Galea, sar ftehim ma’ sid ta’ Bar fil-Mosta fejn stajna nibdew naraw il-loghbiet ta’ Napoli. Il-Kumitat xtara ‘satellite dish receiver’ li gie installat fil-Kumpanija Bar, il-Mosta.

It-tim ta' Napoli rega' tilef postu mal-kbar. F'Lulju tal-2001, fuq stedina tal-President, kien gie Malta Signor Tommaso Starace u l-familja tieghu. Tommaso hu l-kit manager u store-keeper ta' Napoli. Kienu saru attivitajiet (Bibita u Ikla) sabiex il-Membri tal-Klabb jiltaqghu ma' Tommaso.

Bhalma gara fis-snin ta’ qabel, l-interess mill-Membri beda jmajna. Biex tghaxxaqha, is-Socjeta’ giet dikjarata falluta u t-tim ta’ Napoli safa relegat ghas-Serie C1.


Bidu mill-Gdid[edit]

Ix-xandir tal-loghob tal-futbol ghadda minn rivoluzzjoni shiha. L-apparat tas-‘satellite dish receiver’ li kellna gie antikwat ghas-sistema l-gdida tal-‘pay per view’. Bis-sahha tas-Sur Renald Galea, stajna inkomplu nsegwu l-loghbiet ta’Napoli fir-ristorant tieghu fis-Sunny Coast Beach Club, il-Qawra. Is-Sur Galea xtara s-sistema minn butu u lill-Klabb taghna ma talbu l-ebda flus!

Wara sentejn ta’ purgatorju fis-Serie C, u sena ohra fis-Serie B, it-tim ta’ Napoli rega’ sab postu fejn dejjem kien jixraqlu – fis-Serie A! Matul dawn it-tliet snin, l-attendenza mill-Membri ghal-loghbiet ta’ Napoli kienet kun tajba.

F’Novembru tal-2006, il-Klabb organizza gita ohra ghal Napli. Grupp ta’ 7 persuni assistew il-loghba Napoli – Juventus (1-1). Did-darba, minhabba s-silenzju stampa imposta mill-Klabb, il-grupp ma giex mistieden jattendi ghal-sessjoni ta’ tahrig fic-centru l-gdid gewwa Castelvolturno. Il-grupp, pero’, kien milqugh tajjeb mis-Sur Tommaso Starace u l-familja tieghu.

Matul l-istagun 2007 -08, bqajna nsegwu l-loghob tan-Napoli fis-Sunny Coast, il-Qawra. Dan il-post serva wkoll bhala punt ta’ riferiment taghna. Fil-fatt, il-Klabb organizza attivitajiet bhal Pasta Night u Wine & Pizza ghall-membri u l-familjari tag]hom. Il-Laqghat Generali kienu jsiru darba fis-sena, hekk kif jintemm il-Kampjonat, fil-bini tal-M.A.F.A., il-Belt Valletta.

Ghall-istagun 2008 – 09, il-post tal-Qawra ma baqax izjed ghad-dispozizzjoni taghna u ghalhekk kellna nsibu alternattiva ohra. Bis-sahha tas-Sur Alex Sammut, membru tal-Klabb, sar ftehim ma’ sid ta’ Bar f’Hal-Qormi. Ghalhekk bdejna nsegwu l-loghob fil-Klabb tal-Bocci ta’ San Bastjan. Il-fatt li l-post kien f’qaghda centrali ghen bis-shih sabiex l-attendenzi mill-membri u l-familjari kienu jkunu tajbin. Biss, mal-bidu tas-sena 2009, inbidel is-sid tal-Bar u mieghu inbidlet l-atmosfera tal-post. Il-Klabb ma kellux ghazla ohra ghajr li jsib post alternattiv, u dan mill-aktar fis.

Bis-sahha tas-Sur Antoine Mifsud, dak iz-zmien Vici-President tal-Klabb, instab Bar iehor - Socialising Bar, did-darba f’Hal-Kirkop. Dan il-post nistghu nghidu li gab fortuna kemm ghal klabb taghna kih ukoll ghat-tim tan-Napoli. F' Marzu 2010 il-Klabb inghaqad f'gemellagg ma Club Napoli Santa Maria a Vico fejn membri taz-zewg klabbs iltaqghu proprju f'Castelvolturno waqt zjara ohra tal-klabb taghna. Iktar tard matul is-sena il-klabb taghna dahal jaghmel parti minn ghaqda ta'supporters clubs tan-Napoli, Respiro Azzurro. Bis-sahha tas-Sur Aaron Sammut, membru fil-Kumitat, il-Klabb nieda l-website ufficjali tieghu - www.napoliclubmalta.com u l-facebook page tieghu ukoll. U ghan-Napoli l-istagun kien brillanti bid=dahla awtomatika fil-gruppi tac-Champions League.

Il-Prezent[edit]

Ghall-istagun 2011-12, il-post ufficcjali taghna se jerga jkun is-Sunny Coast did-darba taht l-isem ta' Malibubar. Kien hemm ukoll xi tibdil fil-kumitat fejn is-Sur Antoine Mifsud irrizenja minn Vici-President u floku lahaq Clint Cassar. Dejjem fit-tmun ta' Napoli Club Malta hemm is-Sur Frans Debono li b'dedikazzjoni kbira imexxi lil club taghna ghas-successi li qed jikseb matul is-snin.